10.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2015 – Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-88/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Talba għal rikuża ta’ Imħallef - Assenjazzjoni mill-ġdid - Interess tas-servizz - Regola ta’ korrispondenza bejn il-grad u l-kariga - Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċeduri dixxiplinari - Drittijiet tad-difiża”))

(2015/C 262/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Z (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Placco, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-5 ta’ Diċembru 2012, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (F-88/09 u F-48/10, ĠabraSP, EU:F:2012:171) u intiż għal annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), Z vs Qorti tal-Ġustizzja (F-88/09 u F-48/10, ĠabraSP, EU:F:2012:171), hija annullata sa fejn ċaħdet bħala ineffettiv il-motiv, ippreżentat fil-Kawża F-48/10, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti u tal-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-4 ta’ Mejju 2004 dwar l-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati permezz tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea lill-Awtorità tal-Ħatra kif ukoll mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Ir-rikors fil-Kawża F-48/10 huwa miċħud sa fejn kien fondat fuq il-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti u tal-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-4 ta’ Mejju 2004 dwar l-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati permezz tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea lill-Awtorità tal-Ħatra kif ukoll mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ.

4)

Fir-rigward tal-ispejjeż relatati ma’ din l-istanza, Z għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja u tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha u l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha u kwart tal-ispejjeż sostnuti minn Z.


(1)  ĠU C 233, 10.08.2013.