10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Grazyte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-86/13 P) (1)

([“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Perijodu deċennali ta’ referenza - Funzjonijiet f’organizzazzjoni internazzjonali”])

(2014/C 395/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Diana Grazyte (Utena, il-Litwanja) (rappreżentant: R. Guarino, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Joris, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-5 ta’ Diċembru 2012, Grazyte vs Il-Kummissjoni (F-76/11, ĠabraSP, EU:F:2012:173), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Diana Grazyte għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013.