1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Langguth Erben vs UASI (Forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika)

(Kawża T-66/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2), Artikolu 75, Artikolu 76(1) u Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 292/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (Traben-Trarbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten, G. Schneider u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Novembru 2012 (Każ R 129/2012-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013.