21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 377/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2013 — Efag Trade Mark Company vs UASI (FICKEN LIQUORS)
(Kawża T-54/13) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja FICKEN LIQUOURS - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 377/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Efag Trade Mark Company GmbH & Co. KG (Schemmerhofen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wekwerth, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2544/2011-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv FICKEN LIQUORS bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Efag Trade Mark Company GmbH & Co. KG hija ikkundannata għall-ispejjeż. |