1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Erreà Sport vs UASI – Facchinelli (ANTONIO BACIONE)

(Kawża T-36/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ANTONIO BACIONE - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti erreà u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġ forom ta’ djamanti - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Profitt indebitu mnissel mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 292/49

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Erreà Sport SpA (Torrile, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u G. Fucci, avuakti)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Antonio Facchinelli (Dalang, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1561/2011-1), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Erreà Sport SpA u Antonio Facchinelli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Erreà Sport SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.