1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Łaszkiewicz vs UASI – Cables y Eslingas (PROTEKT)

(Kawża T-18/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROTEKT - Trade marks Spanjoli figurattivi preċedenti PROTEK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 292/48

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Grzegorz Łaszkiewicz (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Cables y Eslingas, SA (Cerdanyola del Valles, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 701/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cables y Eslingas, SA u Grzegorz Łaszkiewicz.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grzegorz Łaszkiewicz huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013.