28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/37


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 – ZZ vs UASI

(Kawża F-125/13)

2014/C 129/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni li jikkonċerna s-sena 2012, għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012 kif ukoll tal-għanijiet iffissati għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 kif ukoll talba għal kumpens għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni (Appraisal Report) tal-15 ta’ Marzu 2013 li jikkonċerna lir-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012;

jannulla l-għanijiet iffissati mill-UASI għar-rikorrent għall-perijodu minn Jannar 2013 sa Diċembru 2013.

jikkundanna lill-UASI jħallas lir-rikorrent kumpens permezz ta’ ammont xieraq, li jħalli għall-evalwazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, bħala kumpens għad-danni morali u immaterjali li kien ikkawżalu.

jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.