15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/46


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs Il-Kumissjoni

(Kawża F-116/13)

2014/C 45/87

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment ta’ drittijiet għal pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u għaldaqstant, mhux applikabbli;

jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ġunju 2013 li jiġu akkreditati d-drittijiet għal pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kumissjoni għall-ispejjeż.