18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/21


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs ENISA

(Kawża F-109/13)

2014/C 15/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti u bħala konsegwenza, jordna lill-konvenuta sabiex ir-rikorrenti tiġi reintegrata, il-ħlas tal-benefiċċji finanzjarji tagħha minn mindu daħal fis-seħħ it-tmiem tal-kuntratt sar-reintegrazzjoni tagħha, bi tnaqqis tad-dħul possibbli tagħha għall-istess perijodu, flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda bi 3 punti, u, fl-aħħar nett, jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu morali subit mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Jannar 2013 li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti;

jannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Awwissu 2013 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

bħala konsegwenza, jordna r-reintegrazzjoni tar-rikorrenti u li tħallasha benefiċċji finanzjarji minn mindu daħal fis-seħħ it-tmiem tal-kuntratt sar-reintegrazzjoni tagħha, bi tnaqqis tad-dħul possibbli tagħha għall-istess perijodu, flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda bi 3 punti;

jikkumpensa d-dannu morali subit mir-rikorrenti evalwat, ex aequo et bono, għal EUR 10 000;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.