14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/41 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs ECB
(Kawża F-99/13)
2013/C 367/73
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2012 u tad-deċiżjonijiet li ttieħdu abbażi tiegħu, flimkien mal-għoti tad-danni morali subiti.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla l-evalwazzjoni għas-sena 2012 tar-rikorrent; |
— |
jekk ikun il-każ, jannula d-deċiżjoni tat-18 ta’ April 2013 li tiċħad it-talba għal reviżjoni amministrattiva u d-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2013 li tiċħad l-ilment; |
— |
jannulla kull deċiżjoni meħuda abbażi tal-evalwazzjoni illegali għas-sena 2012; |
— |
tikkundanna lill-konvenut jikkumpensa d-dannu morali mġarrab evalwat ex aequo et bono għal EUR 10 000; |
— |
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż. |