22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/26


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — ZZ vs FRA

(Kawża F-97/13)

2014/C 85/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Laure, M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li jinħatar kandidat ieħor għall-pożizzjoni ta’ “Senior Programme Manager” fi ħdan il-FRA u d-deċiżjoni impliċita li ma tinħatarx ir-rikorrenti għal pożizzjoni oħra ta’ “Senior Programme Manager” imsemmija fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-5 ta’ Frar 2013, li biha r-rikorrenti ġiet infurmata li d-Direttur tal-FRA għażel li jaħtar kandidat ieħor għall-pożizzjoni ta’ ta’ “Senior Programme Manager — Social Research” (AD8) u, konsegwentement, li ma jaħtarx lilha għal din il-pożizzjoni;

jannulla d-deċiżjoni impliċita li hija mingħajr data, li ma tinħatarx għall-pożizzjoni l-oħra bħala ta’ “Senior Programme Manager” imsemmija fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti;

jannulla kull deċiżjoni meħuda abbażi ta’ dawn id-deċiżjonijiet illegali;

jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Lulju 2013, sa fejn din tiċħad l-ilment ifformulat mir-rikorrenti u li tirrifjuta li tagħti bidu għal investigazzjoni amministrattiva mmexxija minn investigatur li mingħajr dubju huwa indipendenti, imparzjali u oġġettiv, sabiex jiġu stabbiliti l-fatti;

jordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali mġarrab mir-rikorrenti, li l-ammont tiegħu huwa stmat għal EUR 550 651;

jordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti, li l- ammont tiegħu huwa stmat għal EUR 70 000;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.