|
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/32 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-94/13)
2013/C 336/73
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: E. Marchal, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas u A. Coolen, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2013 fir-rigward tal-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul fis-servizz tiegħu fil-Kunsill, |
|
— |
sa fejn hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 li tiċħad l-ilment tiegħu li tistabilixxi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u ta’ rati attwarjali fis-seħħ fil-mument tat-talba tiegħu għat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tiegħu, |
|
— |
jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |