21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/33


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Il-Kummmissjoni

(Kawża F-74/13)

2013/C 274/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummmissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul tiegħu fis-servizz fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewopea (iktar ’il quddiem “SPIUE”) b’mod konformi mal-kalkolu tal-akkreditazzjoni stabbilit skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummmissjoni għall-ispejjeż.