21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/30 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-64/13)
2013/C 274/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Rollinger, avukata)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2008, kif ukoll għall-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu morali.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2008; |
— |
jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tal-21 ta’ Marzu 2013; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 58 000 bħala kumpens għad-dannu morali; |
— |
jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż. |