21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/29 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2013 — ZZ et vs BEI
(Kawża F-61/13)
2013/C 274/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet individwali li jiġi applikat fir-rigward tar-rikorrenti primjum skont is-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jagħtu primjum lir-rikorrenti bi ksur tas-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet kif ukoll it-talba sussegwenti li tikkundanna lill-BEI għad-danni.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
jannulla d-deċiżjonijiet individwali li jiġi applikat fir-rigward tar-rikorrenti primjum sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jikkostitwixxu l-applikazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ prestazzjonijiet; |
— |
sussidjarjament, jannulla d-deċiżjonijiet li jagħtu primjum lil żewġ rikorrenti sa fejn dawn id-deċiżjonijiet huma bi ksur tas-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet; |
— |
jikkundanna lill-konvenut għad-danni; |
— |
fin-nuqqas li l-konvenut jipproduċihom minn jeddu, abbażi tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, jordna lill-konvenut jipproduċi dokumenti; |
— |
jikkundanna lil BEI għall-ispejjeż. |