27.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/30


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-19/13)

2013/C 123/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2012 li tirrigwarda l-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu miksuba qabel id-dħul fis-servizz fil-Kummissjoni;

sa fejn hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu tas-7 ta’ Diċembru 2012 li tistabilixxi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u ta’ rati attwarjali fis-seħħ fil-mument tat-talba tiegħu għat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.