|
23.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/66 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – DI vs UEAA
(Kawża F-113/13)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-UEAA - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Perijodu ta’ prova - Tkeċċija minħabba inkompetenza manifesta - Rikors għal annullament - Qbil bejn ir-rikors u t-talba - Assenza - Inammissibbiltà manifesta - Rikors għal kumpens))
(2015/C 389/75)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DI (rappreżentant: I. Vlaic, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (rappreżentanti: L. Cerdán Ortiz-Quintana, aġent, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (UEAA) li jitħassar il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent wara l-perijodu ta’ prova, li ġie estiż bi tliet xhur.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
2) |
DI għandha tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil. |