24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/57


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2014 – Moriarty vs Il-Parlament

(Kawża F-98/13) (1)

((Servizz pubbliku - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2012 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali promossi - Att manifestament infondat fid-dritt))

2014/C 421/81

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rainer Moriarty (Colmar-Berg, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Despotopoulou u E. Taneva, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012, sa fejn, minn naħa, din ma ssemmix isem ir-rikorrent fost l-uffiċjali fil-grad AST 6, mhux attestati, li ġew promossi għall-grad AST 7 u, min-naħa l-oħra, sa fejn din fiha l-isem ta’ uffiċjal ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ta’ R. Moriarty huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

R. Moriarty għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013, p. 40.