4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/49


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-90/13) (1)

((Esklużjoni mill-proċedura tar-rappreżentant ta’ parti - Assenza ta’ ħatra ta’ rappreżentant ġdid - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tat-Tribunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2015/C 146/67)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: A., avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J, Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet tar-rikorrent initiżi sabiex jikseb kumpens għad-danni mġarrba minħabba li l-konvenuta bagħtet ittra rigward ir-rikorrent lil avukat li ma kienx qiegħed jirrappreżentah u, b’dan il-mod, kisret id-dritt tiegħu għar-rispett tal-ħajja privata.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-90/13, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 24, 25.1.2014, p. 40.