3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/45


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Mommer vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/13) (1)

([Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni - Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-kuntest ta’ skemi oħra tal-pensjonijiet - Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz filwaqt li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat])

(2016/C 364/57)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anne Mommer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati, sussegwentement S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Ehrbar u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, u finalment G. Gattinara, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħuda bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013, p. 33.