24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/56


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Frar 2014 – CL vs AEA

(Kawża F-71/13) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Dmir ta’ għajnuna - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-persunal - Fastidju psikoloġiku minn superjur ġerarkiku - Ċaħda tat-talba li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva - Rikors manifestament inammissibbli))

2014/C 421/79

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CL (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (rappreżentanti: O. Cornu, aġent, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva sabiex jiġu stabbiliti jew ippreċiżati l-fatti li taw lok għall-fastidju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CL għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013, p. 32.