15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/38


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014 – CY vs BĊE

(Kawża F-68/13) (1)

((Mewt tar-rikorrenti - Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali - Rinunzja tal-aventi kawża li jkompli bl-azzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2014/C 448/48)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CY (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Carlini u F. Feyerbacher, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tintemm l-investigazzjoni amministrattiva rigward fatti ta’ fastidju psikoloġiku li tiegħu kienet vittma r-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, tar-rapport tal-investigazzjoni kif ukoll l-għoti ta’ kumpens għad-danni morali allegatament subiti.

Dispożittiv tad-digriet

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013, p. 31.