24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/54


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-9/13) (1)

((Servizz pubbliku - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Rikors manifestament inammissibbli))

2014/C 421/76

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titwettaq it-tpaċija bejn is-somma li tikkorrispondi għall-ispejjeż li hija ġiet ikkundannata tħallas mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-176/04, u s-somma ogħla li r-rikorrent għandu jħallas wara d-digriet fil-Kawża T-241/03.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjez tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 215 27.07.2013, p. 20.