|
4.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 146/43 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Marzu 2015 – Gyarmathy vs FRA
(Kawża F-97/13) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Membru tal-Persunal temporanju - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura))
(2015/C 146/58)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Valéria Anna Gyarmathy (Györ, l-Ungerija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, u B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li jinħatar kandidat ieħor għall-pożizzjoni ta’ “Senior Programme Manager” u li ma tinħatarx ir-rikorrenti għat-tieni pożizzjoni msemmija fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
V. A. Vandenbussche għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 85, 22.03.2014, p. 26.