24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/50


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta’ Mejju 2014 – CU vs KESE

(Kawża F-42/13) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Deċiżjoni ta’ rexissjoni ta’ kuntratt))

2014/C 421/70

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CU (rappreżentanti: L. Levi et A. Blot, avukati)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Arsène u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati, sussegwentement M. Pascua Mateo u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li jiġi rexiss il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti u t-talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tas-16 ta’ Ottubru 2012 u tal-31 ta’ Jannar 2013, li jiġi rexiss il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ CU, huma annullati.

2)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat li jħallas lil CU s-somma ta’ EUR 25  000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn CU.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013, p. 61.