12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/56


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2014 – CP vs Il-Parlament

(Kawża F-8/13) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjal - Kap ta’ unità - Perijodu ta’ prova - Nuqqas ta’ konferma fil-funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni - Assenjazzjoni mill-ġdid f’funzjoni mhux amministrattiva - Regoli interni tal-Parlament))

2014/C 142/75

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CP (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u V. Montebello-Demogeot, aġenti

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konferma tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ diviżjoni u tat-trasferiment tiegħu lejn id-Direttorat Ġenerali għall-politiki interni

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2012 li permezz tagħha l-Parlament Ewropew ma kkonfermax lil CP fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ diviżjoni u ttrasferixxieh bil-pożizzjoni tiegħu għad-Direttorat Ġenerali “Politiki interni tal-Unjoni”, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ CP.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013, p. 39.