|
15.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/73 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2014 – Da Cunha Almeida vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-5/13) (1)
((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Test ta’ raġunament verbali - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni))
2014/C 315/122
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Paulo Jorge da Cunha Almeida (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, G. Pandey u M. Gambardella, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/205/10.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/205/10, tad-9 ta’ Marzu 2012, trażmessa permezz tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, li tiċħad it-talba ta’ eżami mill-ġdid ta’ P. J. Da Cunha Almeida, wara l-eżklużjoni tiegħu mil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Diċembru 2011, hija annullata. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn P. J. Da Cunha Almeida. |
(1) ĠU C 123, 27.04.2013, p. 29.