26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/43


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2014 – Cwik vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-4/13) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 1995/1997 - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Assenza ta’ referiment lill-Kumitat konġunt tal-evalwazzjonijiet - Dewmien li bih twettqet ir-redazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Rikors għad-danni))

(2015/C 026/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michael Cwik (Tervuren, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1995 sal-1997 u talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Marzu 2012 li tirrigwarda redazzjoni definittiva tar-rapport il-ġdid ta’ evalwazzjoni ta’ M. Cwik għall-proċedura ta’ evalwazzjoni 1995/1997 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas M. Cwik is-somma ta’ EUR 15  000 bħala kumpens għad-dannu morali subit.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż esposti minn M. Cwik.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013, p. 38.