Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa ’ Awla) tat-22 ta ’ April 2015 — E.S.

(Kawża C‑646/13) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 8(1) — Applikabbiltà tal-konvenzjonijiet dwar sigurtà soċjali bejn Stati Membri — Refuġjat ripatrijat oriġinarju ta’ Stat Membru — Twettiq ta’ perijodi ta’ impjieg fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Talba għall-għoti ta’ benefiċċju tax-xjuħija — Rifjut”

1. 

Domandi preliminari — Domandi identiċi għal dawk diġà maqtugħin mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99) (ara l-punti 20-24)

2. 

Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Sostituzzjoni tal-konvenzjonijiet ta’ sigurtà soċjali li saru bejn Stati Membri — Portata imperattiva — Ftehim bilaterali dwar il-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali taċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati firmatarji li kellhom il-kwalità ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-Istat firmatarju l-ieħor — Ftehim mhux imsemmi fl-Anness II tar-Regolament Nru 883/2004 — Ċaqliq qabel il-konklużjoni tal-ftehim — Inapplikabbiltà tal-ftehim (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 8(1) u Anness II) (ara l-punt 25 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim bilaterali dwar il-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali taċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati firmatarji li jkunu kellhom il-kwalità ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-Istat firmatarju l-ieħor, konkluż f’data li fiha wieħed mill-Istati firmatarji jkun għadu ma aderixxiex mal-Unjoni Ewropea u li ma jkunx jidher fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, ma jkunx għadu applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ refuġjati politiċi ripatrijati fl-Istat ta’ oriġini tagħhom qabel il-konklużjoni tal-ftehim bilaterali u d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament.

( 1 ) ĠU C 39, 8.2.2014.

Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Domandi preliminari — Domandi identiċi għal dawk diġà maqtugħin mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99) (ara l-punti 20-24)

2. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Sostituzzjoni tal-konvenzjonijiet ta’ sigurtà soċjali li saru bejn Stati Membri — Portata imperattiva — Ftehim bilaterali dwar il-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali taċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati firmatarji li kellhom il-kwalità ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-Istat firmatarju l-ieħor — Ftehim mhux imsemmi fl-Anness II tar-Regolament Nru 883/2004 — Ċaqliq qabel il-konklużjoni tal-ftehim — Inapplikabbiltà tal-ftehim (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 8(1) u Anness II) (ara l-punt 25 u d-dispożittiv)