Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-11 ta ’ Ġunju 2015 —

Banco Bilbao Vizcaya Argentaria

(Kawża C‑602/13) 1 ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Relazzjoni kuntrattwali bejn professjonist u konsumatur — Kuntratt ipotekarju — Klawżola dwar interessi moratorji — Klawżola ta’ ħlas lura antiċipat — Proċedura ta’ qbid ipotekarju — Moderazzjoni tal-ammont tal-interessi — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali”

1. 

Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola — Portata — Reviżjoni mill-qorti nazzjonali tal-kontenut ta’ klawżola inġusta — Inammissibbiltà — Sostituzzjoni, mill-qorti nazzjonali, ta’ klawżola inġusta b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari — Ammissibbiltà — Rekwiżiti (Direttiva tal-Kunsill 93/13, premessa 24 u l-Artikoli 6(1) u 7(1)) (ara l-punti 33-38, 49)

2. 

Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola — Portata — Proċedura ta’ qbid ipotekarju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi moderazzjonijiet tal-interessi moratorji fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 3(1), 4(1), 6(1), u 7(1)) (ara l-punti 40-42, 45, 46 u d-dispożittiv 1)

3. 

Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Klawżola inġusta fis-sens tal-Artikolu 3 — Evalwazzjoni tan-natura abbużiva mill-qorti nazzjonali — Kriterji (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 3(1), u 4(1)) (ara l-punti 43, 44, 51)

4. 

Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola — Portata — Obbligu li l-qorti nazzjonali tislet ex officio l-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mill-imsemmija konstatazzjoni — Klawżola inġusta mhux eżegwita — Assenza ta’ effett (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 3(1), u 7(1)) (ara l-punti 52-54 u d-dispożittiv 2)

Dispożittiv

1) 

L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu moderazzjonijiet tal-interessi moratorji fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali:

ma jippreġudikawx l-evalwazzjoni li l-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja ta’ dan il-kuntratt għamlet dwar in-natura “inġusta” tal-klawżola dwar l-interessi moratorji, u

ma jipprekludux lill-qorti milli ma tapplikax l-imsemmija klawżola jekk ikollha tikkonkludi li din hija “inġusta”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.

2) 

Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li, ladarba l-qorti nazzjonali kkonstatat in-natura “inġusta”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn konsumatur u l-professjonist, il-fatt li din il-klawżola ma ġietx eżegwita ma jistax, waħdu, jipprekludi lill-qorti nazzjonali milli tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw min-natura “inġusta” tal-imsemmija klawżola.


( 1 )   ĠU C 31, 1.2.2014.