Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa ’ Awla) tat-22 ta ’ April 2015 — Guletsou
(Kawża C‑598/13) 1 ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domanda preliminari identika — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 7(2)(ċ) — Applikabbiltà tal-ftehimiet dwar is-sigurtà soċjali bejn Stati Membri — Refuġjat ripatrijat li joriġina minn Stat Membru — Twettiq ta’ perijodi ta’ impjieg fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Talba għall-għoti ta’ benefiċċju tax-xjuħija — Rifjut”
|
1. |
Domandi preliminari — Kwistjonijiet identiċi għal dawk diġà deċiżi mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99) (ara l-punti 18-20) |
|
2. |
Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Sostituzzjoni għall-ftehimiet dwar is-sigurtà soċjali li seħħew bejn Stati Membri — Portata imperattiva — Ftehim bilaterali relatat mal-benefiċċji tas- sigurtà soċjali taċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati firmatarji li kellhom il-kwalità ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-Istat firmatarju l-ieħor — Ftehim mhux imsemmi fl-Anness III tar-Regolament Nru 1408/71 — Ċaqliq qabel il-konklużjoni tal-ftehim — Inapplikabbiltà tal-ftehim (Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikoli 6 u 7(2)(ċ) u Anness III) (ara l-punt 21 u d-dispożittiv) |
Dispożittiv
L-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim bilaterali relatat mal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali taċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati firmatarji li għandhom il-kwalità ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-Istat firmatarju l-ieħor, konkluż f’data meta wieħed miż-żewġ Stati firmatarji ma kienx għadu aderixxa mal-Unjoni Ewropa u li ma hemmx riferiment għalih fl-Anness III ta’ dan ir-regolament, ma jibqax applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ refuġjati politiċi ripatrijati fl-Istat ta’ oriġini tagħhom qabel il-konklużjoni tal-ftehim bilaterali u d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.
( 1 ) ĠU C 24, 25.1.2014.
Keywords
Subject of the case
Parti operattiva
Domandi preliminari — Kwistjonijiet identiċi għal dawk diġà deċiżi mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99) (ara l-punti 18-20)
2. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Sostituzzjoni għall-ftehimiet dwar is-sigurtà soċjali li seħħew bejn Stati Membri — Portata imperattiva — Ftehim bilaterali relatat mal-benefiċċji tas- sigurtà soċjali taċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati firmatarji li kellhom il-kwalità ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-Istat firmatarju l-ieħor — Ftehim mhux imsemmi fl-Anness III tar-Regolament Nru 1408/71 — Ċaqliq qabel il-konklużjoni tal-ftehim — Inapplikabbiltà tal-ftehim (Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikoli 6 u 7(2)(ċ) u Anness III) (ara l-punt 21 u d-dispożittiv)