Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Gmina Wrocław

(Kawża C‑72/13)

“VAT — Direttiva 2006/112/KE — Trasferiment minn muniċipalità ta’ elementi tal-patrimonju tagħha”

1. 

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Attivitajiet ekonomiċi fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/112 — Attività ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ proprjetà immobbli — Inklużjoni — Kundizzjonijiet — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 9(1)) (ara l-punti 15-19, 23 u d-dispożittiv)

2. 

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Persuni taxxabbli — Organi rregolati mid-dritt pubbliku — Eżenzjoni mit-taxxa għall-attivitajiet eżerċitati bħala awtoritajiet pubbliċi — Eċċezzjonijiet — Issuġġettar f’każ ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ta’ ċerta importanza” — Kundizzjonijiet — Distorsjonijiet “ta’ ċerta importanza” — Portata — Distorsjonijiet tal-kompetizzjoni attwali jew potenzjali li għandhom ikunu iktar minn insinjifikattivi (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 9(1) u 13(1) (ara l-punti 19-21, 23 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Naczelny Sąd Administracyjny – Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) – Tassazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ muniċipalità - Bejgħ ta’ beni akkwistati bis-saħħa tal-liġi jew permezz ta’ suċċessjoni jew ta’ donazzjoni - Trasferiment ta’ dawn il-beni lil kumpannija.

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li jkunu suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud tranżazzjonijiet bħal dawk maħsuba mill-gmina Wroclaw (muniċipalità ta’ Wroclaw), sa fejn il-qorti tar-rinviju tikkonstata li dawn it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva u li tali tranżazzjonijiet ma jitwettqux minn din il-muniċipalità bħala awtorità pubblika fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tal-istess direttiva. Madankollu, jekk dawn it-tranżazzjonijiet kellhom jiġu kkunsidrati bħala mwettqa mill-imsemmija muniċipalità meta taġixxi bħala awtorità pubblika, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 ma jipprekludux li dawn ikunu suġġetti għat-taxxa sa fejn il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-eżenzjoni tagħhom tkun ta’ natura li twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ta’ ċerta importanza fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva.