15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Diċembru 2013 — Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Regensburg

(Kawża C-687/13)

2014/C 78/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Regensburg

Domanda preliminari

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1) huwa validu?


(1)  ĠU L 238, p. 1.