25.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/15 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn Productos Asfálticos (PROAS), S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-495/07, PROAS vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-616/13 P)
2014/C 24/27
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Productos Asfálticos (PROAS), S.A. (rappreżentant: C. Fernández Vicién, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013; |
— |
tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2007, Każ COMP/38.710 — Betún España, jew, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti; |
— |
sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid; |
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż kollha li jirriżultaw minn dawn il-proċeduri, kif ukoll dawk li jirriżultaw bħala konsegwenza tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
(1) |
Ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-prinċipju ta’ protezzjoni effettiva minħabba li naqset milli teżamina, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa, il-motivi mressqa minn Productos Asfálticos, S.A fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa. Tali ksur jikkonsisti f’:
|
(2) |
Ksur mill-Qorti Ġenerali tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża ta’ Proas, billi interpretat b’mod żbaljat il-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 (1)
|
(3) |
Ksur mill-Qorti Ġenerali tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli. |
(4) |
Ksur mill-Qorti Ġenerali tal-prinċipji applikabbli għall-ispejjeż. |
(1) Regolament Nru 17 L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3).