25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/12


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 minn Galp Energia España, SA, Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, Galp Energia, SGPS, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-462/07 — Galp Energia España, SA, Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, Galp Energia, SGPS, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-603/13 P)

2014/C 24/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Galp Energia España, SA, Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, Galp Energia, SGPS, SA (rappreżentant: M. Slotboom, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija skont l-aggravji mressqa minn dan l-appell u/jew tannulla l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni sa fejn hija tikkonċerna l-appellanti, u/jew tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni sa fejn ġiet imposta multa fuq l-appellanti jew li tnaqqas il-multa li ġiet imposta fuq l-appellanti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni;

tannulla s-sentenza u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu fid-dawl tal-indikazzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsosntu li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

 

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 81(1) KE, żnaturat il-provi, naqset milli tikkonforma mar-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni tal-provi u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ġenerali tal-preżunzjoni tal-innoċenza ggarantit mill-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali billi ddeċidiet li l-Kummissjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li ddeċidiet b’mod illegali li l-partijiet ipparteċipaw f’koordinazzjoni tal-prezzijiet “sal-2002”. Minbarra dan, il-Qorti Ġenerali naqset milli tipprovdi raġunijiet suffiċjenti għal dik id-determinazzjoni.

 

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 81(1) KE, żnaturat il-provi, naqset milli tikkonforma mar-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni tal-provi, inkluż ksur tal-prinċipju ta’ “ne ultra petita”, ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tad-drittijiet tad-difiża (id-dritt għal smigħ) meta ddeċidiet li l-partijiet jistgħu jiġu kkunsidrati responsabbli fir-rigward tas-sistema ta’ monitoraġġ u tal-mekkaniżmu ta’ kumpens u li għalhekk ma hemmx bżonn li l-ammont inizjali tal-multa jiġi varjat.

 

Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt fundamentali tal-partijiet li l-każ tagħhom jinstema’ f’terminu raġonevoli.