|
25.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/9 |
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 minn Intra-Presse mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-437/11 — Golden Balls Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-582/13 P)
2014/C 24/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Intra-Presse (rappreżentanti: P. Péters, avukat, T. de Haan, avukat, M. Laborde, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); Golden Balls Ltd
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-437/11; |
|
— |
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi fuq l-azzjoni ppreżentata minn Intra-Presse taħt l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2047/2009 (1); |
|
— |
tordna li l-ispejjeż ikunu irriżervati |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba r-raġunijiet segwenti.
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill dwar it-trade mark Komunitarja billi ddefinixxiet il-pubbliku rilevanti u meta evalwat il-grad ta’ xebh kunċettwali bejn it-trade marks billi żiedet ir-rekwiżit ta’ “proċess intelletwali ta’ traduzzjoni”, “ibda billi tittraduċi” jew “traduzzjoni preċedenti”. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill dwar it-trade mark Komunitarja għaliex naqset milli twettaq evalwazzjoni globali u naqset milli twettaq eżami dwar ir-rilevanza tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti tal-appellant u dwar l-eżistenza ta’ rabta possibbli.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)