1.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Novembru 2013 — Coty Germany GmbH vs Stadtsparkasse Magdeburg

(Kawża C-580/13)

2014/C 31/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coty Germany GmbH

Konvenut: Stadtsparkasse Magdeburg

Domanda preliminari

L-Artikolu 8(3)(e) tad-Direttiva 2004/48/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’każ bħal dak ineżami fil-kawża prinċipali, tawtorizza lil stabbiliment bankarju jinvoka s-sigriet bankarju sabiex jirrifjuta li jipprovdi, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva, informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju ta’ kont?


(1)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32)