|
8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-5 ta’ Novembru 2013 — Nóra Baczó, János István Vizsnyiczai vs Raiffeisen Bank Zrt.
(Kawża C-567/13)
(2014/C 71/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nóra Baczó u János István Vizsnyiczai
Konvenuta: Raiffeisen Bank Zrt.
Domandi preliminari
|
(1) |
Il-proċedura għandha tiġi kkunsidrata bħala żvataġġuża għall-konsumatur meta dan ma jistax, fir-rikors promotur ta’ proċeduri quddiem il-qorti lokali għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-invalidità ta’ kuntratt (kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt), jitlob ukoll li waħda mill-klawżoli ta’ dan l-istess kuntratt tiġi ddikjarata inġusta mingħajr ma dan jimplika kompetenza tal-qorti provinċjali (törvényszék)? Fil-fatt, fil-proċeduri mibdija mill-parti kontraenti tiegħu fil-kuntratt, il-konsumatur jista’ jeċċepixxi n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali (1) quddiem il-qorti lokali, u r-rinviju tal-kawża quddiem il-qorti provinċjali jimplika li għandu jħallas taxxa ogħla. |
|
(2) |
Is-sitwazzjoni tal-konsumatur terġa’ tkun ibbilanċjata jekk huwa jkollu l-possibbiltà, fil-kuntest ta’ proċeduri mibdija minnu quddiem il-qorti lokali għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-invalidità ta’ kuntratt, li jinvoka wkoll in-natura inġusta ta’ ċerti klawżoli ta’ dan il-kuntratt, bil-konsegwenza li din l-istess qorti lokali jkollha kompetenza li tieħu konjizzjoni tagħha? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).