18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fid-9 ta’ Ottubru 2013 — Sofia Zoo vs Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség

(Kawża C-532/13)

2014/C 15/06

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sofia Zoo

Konvenut: Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség

Domandi preliminari

(1)

Il-permessi u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 11(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 338/97 (1) għandhom jitqiesu bħala nulli biss fir-rigward tal-kampjuni effettivament affettwati mir-raġuni għal nullità, jew dawn għandhom ukoll jitqiesu bħala nulli fir-rigward tal-kampjuni l-oħra koperti mill-permessi jew miċ-ċertifikati?

(2)

Il-kampjuni msemmija fl-Artikolu 11(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 338/97 koperti mill-permessi jew miċ-ċertifikati kkunsidrati bħala nulli skont l-Artikolu 11(2)(a) għandhom kollha jiġu maqbuda u jistgħu kollha jiġu kkonfiskati jew għandhom jiġu maqbuda u jistgħu jiġu kkonfiskati biss dawk li huma effettivament affettwati mir-raġuni għal nullità?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 136).