7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Heidemarie Retzlaff vs easyJet Airline Co. Ltd

(Kawża C-476/13)

2013/C 359/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Heidemarie Retzlaff

Konvenuta: easyJet Airline Co. Ltd

Domandi preliminari

(1)

Dritt għal kumpens mogħti taħt id-dritt nazzjonali li huwa intiż sabiex jirrimborsa spejjeż tal-ivvjaġġar addizzjonali sostnuti minħabba kanċellazzjoni ta’ titjira bbukkjata jista’ jitnaqqas mill-kumpens mogħti taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (1) jekk it-trasportatur tal-ajru jkun issodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 8(1) u 9(1) tar-Regolament?

(2)

Jekk jista’ jsir it-tnaqqis: dan jgħodd ukoll għall-ispejjeż ta’ trasport alternattiv sad-destinazzjoni finali tat-titjira?

(3)

Sa fejn huwa possibbli t-tnaqqis: it-trasportatur tal-ajru jista’ jagħmel dan it-tnaqqis fil-każijiet kollha jew dan jiddependi fuq sa fejn huwa permess mid-dritt nazzjonali jew sa fejn huwa meqjus ġust mill-qorti?

(4)

Sa fejn id-dritt nazzjonali huwa determinanti jew il-qorti hija mitluba tieħu deċiżjoni diskrezzjonali: il-ħlas ta’ kumpens taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament huwa intiż sabiex jikkumpensa biss l-inkonvenjenza u t-telf ta’ żmien batuti mill-passiġġieri minħabba l-kanċellazzjoni, jew huwa intiż ukoll sabiex jikkumpensa dannu materjali?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).