16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Awwissu 2013 — Europäische Schule München vs Silvana Oberto

(Kawża C-464/13)

2013/C 336/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Europäische Schule München

Konvenuta: Silvana Oberto

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej tal-21 ta’ Ġunju 1994 (1) (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni”), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-għalliema rreklutati minn Skola Ewropea u li ma jkunux ikkollokati mill-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala inklużi fost il-persuni koperti mill-Konvenzjoni u bħala persuni li ma humiex esklużi mill-applikazzjoni tagħha, b’differenza mill-persunal amministrattiv u anċillari?

(2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 1:

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri wkoll il-legalità ta’ att li jikkawża preġudizzju li jkun ibbażat fuq il-Konvenzjoni jew fuq ir-regoli adottati skont din il-konvenzjoni, u li jkun adottat fir-rigward tal-għalliema mid-direttur ta’ Skola fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu?

(3)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 2:

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-konklużjoni ta’ ftehim bejn id-direttur ta’ Skola Ewropea u għalliem, dwar il-limitazzjoni tat-tul tar-relazzjoni ta’ xogħol tal-għalliem, tikkostitwixxi att adottat mid-direttur fir-rigward tal-għalliem li jikkawża preġudizzju lil dan tal-aħħar?

(4)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta negattiva għad-domandi 2 jew 3:

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Bord tal-Ilmenti hemm imsemmi għandu ġurisdizzjoni esklużiva fl-ewwel u fl-aħħar istanza sabiex jiddeċiedi, wara l-eżawriment tar-rimedji amministrattivi, dwar it-tilwim li jikkonċerna l-limitazzjoni tat-tul ta’ kuntratt ta’ xogħol li d-direttur ta’ Skola jikkonkludi ma’ għalliem f’sitwazzjoni fejn dan il-ftehim ikun essenzjalment ibbażat fuq il-kriterju stabbilit mill-Kunsill Superjuri msemmi fil-punt 1.3 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-għalliema tal-Iskejjel Ewropej irreklutati wara l-31 ta’ Awwissu 1994, li jipprevedi kuntratti ta’ xogħol annwali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 16.