9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/16


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 minn T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-279/11, T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-456/13 P)

2013/C 325/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, D. Slater, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-279/11 (iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”) sa fejn tiċħad bħala inammissibbli l-azzjoni tal-appellanti għal annullament u tiċħad l-eċċezzjonijiet relatati tagħha tal-illegalità;

tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għall-eżami tal-mertu;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jippreżentaw l-aggravji li ġejjin:

(1)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li r-regolamenti kkontestati involvew miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 263(4) TFUE;

(2)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li r-Regolament 393/2011 (1) ma kienx ta’ interess individwali għall-appellanti;

(3)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-eċċezzjoni tal-illegalità, bħala riżultat tal-iżbalji (1) u (2) hawn fuq.

B’riżultat, l-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja (i) tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiddikjara bħala inammissibbli r-rikors għal annullament u tiċħad l-eċċezzjoni tal-illegalità; u (ii) tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 393/2011, tad-19 ta’ April 2011, li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta’ April 2011 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji (ĠU L 104, p. 39)