26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fil-5 ta’ Awwissu 2013 — Pez Hejduk vs EnergieAgentur.NRW GmbH

(Kawża C-441/13)

2013/C 313/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pez Hejduk

Konvenuta: EnergieAgentur.NRW GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kawża li tirrigwarda ksur ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur, imwettaq billi ritratt ġie magħmul aċċessibbli għal konsultazzjoni fuq sit tal-internet, u dan is-sit huwa operat taħt it-top-level domain ta’ Stat Membru differenti minn dak li fih il-proprjetarju tad-dritt għandu d-domiċilju tiegħu, teżisti ġurisdizzjoni biss:

fl-Istat Membru li fih il-persuna li allegatament wettqet il-ksur għandha s-sede tagħha; kif ukoll

fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri li għalih(hom) huwa dirett is-sit tal-Internet, skont il-kontenut tiegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.