26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Lulju 2013 — Ministero dell’Economia e delle Finanze u AAMS vs Yesmoke Tobacco

(Kawża C-428/13)

2013/C 313/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS)

Konvenuta: Yesmoke Tobacco SpA

Domandi preliminari

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 95/59/KE (1) u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2011/64/UE (2), bil-fatt li jipprovdu, rispettivament, li, minbarra l-ammont tad-dazju tas-sisa speċifiku, ir-rata tad-dazju tas-sisa proporzjonali u r-rata tad-dazju tas-sisa ad valorem, “[…] għandhom ikunu l-istess għas-sigaretti kollha”, jipprekludu li dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 39g(4) tad-Digriet Leġiżlattiv tas-26 ta’ Ottubru 1995, Nru 504 [kif emendat bl-Artikolu 55(2a)(c) tad-Digriet-Liġi tal-31 ta’ Mejju 2010, Nru 78, ikkonvertit, b’emendi, fil-Liġi tat-30 ta’ Lulju 2010, Nru 122], tipprovdi li d-dazju tas-sisa dovut għas-sigaretti bi prezz tal-bejgħ lill-pubbliku iktar baxx minn dak tas-sigaretti fil-kategorija ta’ prezz li għaliha hemm l-ikbar domanda għandu jkun ta’ 115 % tal-ammont bażiku, u b’hekk tiffissa dazju tas-sisa b’rata fissa minima speċifika għas-sigaretti bi prezz tal-bejgħ iktar baxx u mhux ammont minimu ta’ dazju tas-sisa applikat għall-kategoriji kollha ta’ prezz tas-sigaretti, kif awtorizzat bl-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 95/59/KE u bl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2011/64/UE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 283).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, p. 24).