|
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-23 ta’ Lulju 2013 — ÖBB Personenverkehr AG vs Gotthard Starjakob
(Kawża C-417/13)
2013/C 325/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ÖBB Personenverkehr AG
Konvenut: Gotthard Starjakob
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 7(1), 16 u 17 tad-Direttiva 2000/78/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
|
(2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(b): Tali akkreditazzjoni tal-perijodi ta’ servizz mingħajr diskriminazzjoni tista’:
|
|
(3) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(b): Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 2000/78/KE, kif ukoll l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva għandhom jiġi interpretati fis-sens li:
|
|
(4) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(b): Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 7(1) u 8(1), u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persistenza tal-effetti ta’ sistema antika, li tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, li għandha biss bħala għan il-protezzjoni tal-ħaddiem, favur tiegħu, kontra żvantaġġi fil-qasam tad-dħul li jirriżultaw minn sistema ġdida, mingħajr diskriminazzjoni (klawżola ta’ garanzija tar-remunerazzjoni), hija ammissibbli u ġġustifikata għal raġunijiet ta’ rispett tad-drittijiet miksuba u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi? |
|
(5) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(b) u għad-domanda 3(b):
|
|
(6) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(a) jew għad-domandi 1(b) u 2(b): Il-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, li jirriżulta mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 19(1) TUE, jirrikjedi li t-terminu ta’ preskrizzjoni tad-drittijiet li għandhom il-bażi tagħhom fid-dritt tal-Unjoni ma jibdiex jiddekorri qabel il-kjarifika mingħajr ambigwità tas-sitwazzjoni legali bl-għoti ta’ deċiżjoni rilevanti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea? |
|
(7) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1(a) jew għad-domandi 1(b) u 2(b): Il-prinċipju ta’ ekwivalenza tad-dritt tal-Unjoni jirrikjedi li s-sospensjoni tal-preskrizzjoni prevista fid-dritt nazzjonali għall-azzjonijiet intiżi għall-eżerċizzju tad-drittijiet ibbażati fuq sistema ġdida ta’ akkreditazzjoni u ta’ avvanz (Artikolu 53a(5) tal-Bundesbahngesetz [Liġi dwar il-ferroviji Awstrijaċi]) tiġi estiża għall-pretensjonijiet ta’ ħlas għad-differenzi fis-salarji li jirriżultaw minn sistema antika li tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq l-età? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.