|
21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Lulju 2013 — Barbara Huber vs Manfred Huber
(Kawża C-408/13)
2013/C 274/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Karlsruhe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Barbara Huber
Konvenut: Manfred Huber
Domanda preliminari
Huwa kompatibbli mal-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (1)
jekk ikun ipprovdut fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(1) tal-Gesetzes zur Geltendmachung von Unterhaltsansprüchen im Verkehr mit ausländischen Staaten [Liġi Ġermaniża dwar l-irkupru tal-manteniment fir-relazzjonijiet mal-Istati barranin] (Auslandsunterhaltsgesetz — AUG),
li jekk parti kkonċernata ma jkollhiex ir-residenza abitwali tagħha fil-Ġermanja, il-qorti li għandha tiddeċiedi esklużivament f’kawżi dwar manteniment li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 hija l-qorti lokali li għandha ġurisdizzjoni għall-post fejn għandha s-sede tagħha l-qorti reġjonali ogħla li hija fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni fejn il-konvenut jew il-kreditur ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom?
(1) ĠU L 7, p. 1.