21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Anotato Dikastirio Kiprou (Ċipru) fis-16 ta’ Lulju 2013 — Cypra Limited vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-402/13)

2013/C 274/23

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Anotato Dikastirio Kiprou

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cypra Limited

Konvenuta: Ir-Repubblika taċ-Ċipru, irrappreżentata mill-Ministru tal-Agrikoltura, ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent u d-Direttur tas-Servizzi Veterinarji

Domandi preliminari

(1)

Id-dispozizzjonijiet tar-Regolament Nru 854/2004 (1) jagħtu lill-awtorità kompetenti s-setgħa diskrezzjonali li tiddefinixxi l-mument li fih isir il-qtil tal-bhejjem, bil-ħsieb li jinħatar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ sorveljanza tal-qtil, jew din l-awtorità hija obbligata taħtar tali veterinarju fil-ħin u l-ġurnata tal-qtil definiti mill-biċċier?

(2)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 854/2004 jagħtu lill-awtorità kompetenti s-setgħa diskrezzjonali li tirrifjuta li taħtar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ sorveljanza veterinarja meta din tiġi informata b’operazzjoni ta’ qtil ta’ bhejjem f’biċċerija debitament approvata, f’ħin u ġurnata definiti minn qabel?


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75).