19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-8 ta’ Lulju 2013 — UPC Magyarország Kft. vs Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság

(Kawża C-388/13)

2013/C 304/07

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UPC Magyarország Kft.

Konvenuta: Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ prattiki li jqarrqu fis-sens tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva, ma jistax ikun hemm eżami separat tal-kriterji tal-Artikolu 5(2)(a)?

(2)

Komunikazzjoni ta’ informazzjoni li ma tkunx tikkorrispondi għall-verità lil konsumatur wieħed biss għandha tiġi kkunsidrata bħala prattika kummerċjali fis-sens tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 149, p. 22)