31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/23


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2013 minn Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-25 ta’ April 2013 fil-Kawża T-284/11 — Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-374/13 P)

2013/C 252/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 fil-Kawża T-284/11, li konsegwentement awtorizzat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 112 113“METROINVEST” għal servizzi li jaqgħu fil-klassi 36.

tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka biss l-aggravju segwenti:

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009  (1).

Madankollu, dan l-aggravju jinqasam f’erba’ partijiet, li huma:

evalwazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali u mill-UASI meta evalwaw ix-xebh bejn is-sinjali;

il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza applikabbli għall-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni;

inkoerenza ma’ deċiżjonijiet oħra tal-Uffiċċju li jinvolvu elementi komuni u trade marks li huma relatati;

koeżistenza paċifika bejn trade marks oħra, li jinkludu l-kelma METRO fi klassijiet differenti, u wkoll fil-klassi 36.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)