7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/28


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-361/13)

2013/C 260/51

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Schatz u A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka

Talbiet

tikkonstata li, billi, skont il-Liġi Nru 592/2006, ċaħdet l-għoti tal-allowance tal-Milied, lil persuni intitolati għaliha iżda residenti fi Stat Membru differenti mir-Repubblika Slovakka, din tal-aħħar naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 45 u 48 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali.

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-allowance tal-Milied skont il-Liġi Nru 592/2006 hija benefiċċju marbut mal-età skont l-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 883/2004, li għandha tingħata wkoll lil persuni intitolati għaliha residenti fi Stat Membru ieħor differenti mill-Istat Membru kkonċernat (f’dan il-każ ir-Repubblika Slovakka). Għaldaqstant, dispożizzjoni tad-dritt intern ma tistax tillimita d-dritt tal-persuni intitolati, residenti barra mir-Repubblika Slovakka, li jirċievu l-allowance tal-Milied. Id-dispożizzjoni tad-dritt intern tar-Repubblika Slovakka li tipprovdi għal tali limitazzjoni tmur, għaldaqstant, kontra l-Artikoli 45 u 48 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 883/2004.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72